Jinstab katavru fil-baħar fl-inħawi tal-Foss tal-Belt Valletta

Il-ġisem għadu mhux identifikat peress li nstab fi stat avvanzat ta' dekompożizzjoni 

Dalgħodu għall-ħabta tas-6:15a.m., il-Pulizija ġiet infurmata li kien għadu kemm intlemaħ ġisem ta' persuna fil-baħar fl-inħawi magħrufa bħala l-Foss tal-Belt Valletta. 

Il-Pulizija minnufih talbet l-assistenza tal-Forzi Armati ta' Malta li minn naħa tagħhom marru fuq il-post u tellgħu l-katavru. 

Il-ġisem għadu mhux identifikat peress li nstab fi stat avvanzat ta' dekompożizzjoni. 

Intant il-Maġistrat tal-Għassa Dott. Charmaine Galea ġiet infurmata bil-każ u ħatret inkjesta filwaqt li mistennija ssir awtopsja fuq il-katavru biex tiġi stabbilità l-kawża tal-mewt u l-identità. 

L-investigazzjoni tal-Pulizija dwar dan il-każ għadha għaddejja. 

More in Kronaka