Raġel jitlef ħajtu waqt li kien qed jagħmel xi xogħol fuq il-bejt ta' daru stess

L-inċident seħħ fix-Xagħra, Għawdex u l-vittma tal-inċident huwa anzjan ta' 77 sena

Ritratt Arkivji
Ritratt Arkivji

Ilbieraħ, għall-ħabta tal-5:00 p.m il-Pulizija ġiet infurmata li raġel kien sofra xi ġrieħi waqt li kien fuq bejt ta’ residenza fi Triq Ta’ Gorf, ix-Xagħra, Għawdex.

Minn investigazzjoni preliminari rriżulta li Ingliż ta’ 77 sena residenti x-Xagħra sofra xi ġrieħi wara li ntlaqat minn oġġett li waqa’ fuq rasu waqt li kien qed jagħmel xi xogħol.

Immedjatament issejjaħ tim mediku u r-raġel ittieħed l-Isptar Ġenerali ta’ Għawdex għall-kura meħtieġa. Aktar tard, sfortunatament, huwa ġie ċċertifikat li tilef ħajtu. L-investigazzjonijiet mill-Pulizija għadhom għaddejjin. 

More in Kronaka