Ħaddiem iweġġa' gravi wara li waqa' madwar sular għoli

L-inċident seħħ fi Pjazza San Ġorġ, il-Belt Valletta

Illum, għall-ħabta tad-8:45 a.m. il-Pulizija ġiet infurmata li kien hemm bżonn l-assistenza tagħha ġewwa binja fi Pjazza San Ġorġ, il-Belt Valletta.

Il-Pulizija marret minnufih fuq il-post u minn stħarriġ preliminari li sar irriżulta li ħaddiem ta’ 49 sena residenti Birżebbuġa, waqa’ madwar sular waqt kien qed jagħmel xi xogħol.

Fuq il-post issejjaħ tim mediku biex jassisti, u ambulanza ħadet ir-raġel l-Isptar Mater Dei għall-kura meħtieġa. Aktar tard, huwa ġie ċċertifikat li weġġa’ gravi.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin. 

More in Kronaka