Michael Meilak identifikat bħala r-raġel li nstab mejjet f'Għawdex

Meilak instab f'karreġġjata privata fl-Għasri 

Dalgħodu għall-ħabta tal-10:30 a.m., il-Pulizija ġiet infurmata li f'karreġjata privata, fi Triq il-Knisja l-Għasri Għawdex, instab raġel mejjet. Rapporti tal-midja identifikawh bħala Michael Meilak ta' 60 sena, mir-Rabat Għawdex. 

Il-Pulizija marret mill-ewwel fil-post indikat fejn instab Meilak bi ġrieħi viżibbli f'rasu.Tim mediku prova jassisti l-vittma iżda sfortunatament ġie iċċertifikat mejjet fuq il-post. 

Il-Maġistrat tal-Għassa Dr Bridgette Sultana ġiet infurmata bil-każ u ħatret inkjesta filwaqt li l-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin. 

Awtopsja fuq il-katavru mistennija titfa' aktar dawl fuq il-kawża tal-mewt. 

More in Kronaka