Raġel arrestat wara qabda ta' droga fil-Pietà

Minn tfittxija li saret fil-post instabu diversi affarijiet relatati mal-allegat ipproċessar tad-droga u madwar €30,000 fi flus kontanti

Raġel ta’ 47 sena residenti l-Pietà, kien arrestat b’rabta ma’ pussess aggravat tad-droga kokaina u eroina. Mill-investigazzjonijiet illi saru rriżulta li r-raġel, allegatament kien jipprepara d-droga f’residenza fil-Pietà.

Minn tfittxija li saret fil-post instabu diversi affarijiet relatati mal-allegat ipproċessar tad-droga u madwar €30,000 fi flus kontanti.

Fl-istess residenza nstabu ukoll madwar 100g droga allegatament kokaina, madwar 60g droga allegatament eroina u 500ml methadone. Ir-raġel qiegħed jinżamm arrestat fil-lockup tal-Pulizija fil-Kwartieri Ġenerali, il-Floriana u mistenni jitressaq il-Qorti llum quddiem il-Maġistrat tal-Għassa Dr Noel Bartolo. 

More in Kronaka