Żagħżugħ fil-periklu tal-mewt wara li jaqa' fuqu ħadid f'Ħaż Żebbuġ

Fuq il-post issejjaħ tim mediku u ambulanza ħadet lill-vittma l-Isptar Mater Dei għall-kura meħtieġa

Illum, għall-ħabta tal-kwarta ta’ waranofsinhar il-Pulizija ġiet infurmata li kien hemm bżonn l-assistenza ġewwa garaxx fi Triq Pawlu Mifsud, Ħaż-Żebbuġ.

Il-Pulizija marret minnufih fuq il-post u minn stħarriġ preliminari rriżulta li raġel ta’ 26 sena residenti Ħaż-Żebbuġ, weġġa’ wara li waqgħu fuqu xi folji tal-ħadid.

Fuq il-post issejjaħ tim mediku u ambulanza ħadet lill-vittma l-Isptar Mater Dei għall-kura meħtieġa, fejn ġie ċċertifikat li weġġa’ serjament.

Bil-każ ġie infurmat l-Maġistrat tal-Għassa Leonard Caruana, li ordna li ssir inkjesta u ħatar diversi esperti sabiex jassistu.

L-investigazzjonijiet mill-Pulizija għadhom għaddejjin.

More in Kronaka