Il-Kunsill ta’ San Pawl lest jieħu passi drastiċi kontra l-BCRS jekk ma josservawx l-obbligu li jnaddfu madwar il-magni

Is-Sindku Alfred Grima jisħaq li dan huwa 'każ ieħor ċar ta' ineffiċjenza fis-sistema tal-infurzar ambjentali'

“L-effetti negattivi fuq l-ambjent u s-saħħa tal-poplu qed iġiegħel lill-Kunsill Lokali ta’ San Pawl il-Baħar li jikkunsidra li jieħu passi drastiċi fosthom imblukkar ta’ magni, fl-eventwalità li l-awtoritajiet jibqgħu passivi.” Hekk qal is-Sindku ta’ San Pawl il-Baħar Alfred Grima b’sens ta’ rabja u diżappunt fuq Facebook.

Huwa żied jgħid li ta’ kuljum qed jiħalla ammont konsiderevoli ta’ skart madwar il-magni tar-riċiklaġġ imferrxa mal-lokalità u dan meta l-kumpanija responsabbli mill-magni hija obbligata li tiżgura li l-akkwati jibqgħu nodfa.

Grima qal ukoll li dan huwa każ ieħor ċar ta’ “ineffiċjenza fis-sistema tal-infurzar ambjentali, fejn min ħareġ il-liċenzja mhux jara li l-kundizzjonijiet imposti qed jiġu onorati.”

More in Kronaka