Tingħalaq Triq is-Sejba fl-Imqabba minħabba intervent urġenti

Il-Kap Eżekuttiv tal-Infrastructure Malta jgħid li din ingħalqet b'mod immedjat minħabba deterjorazzjoni fit-triq 

Ara minn liema partijiet ingħalqet din it-triq
Ara minn liema partijiet ingħalqet din it-triq

Infrastructure Malta se tkun qiegħda tagħmel intervent urġenti fi Triq Tas-Sejba fil-ġimgħat li ġejjin. Għaldaqstant kawża ta' dan l-intervent, Triq is-Sejba se tingħalaq mill-kantuniera li tagħmel ma' Triq il-Parroċċa sal-kantuniera li tagħmel ma' Triq il-Madonna tal-Ġilju.

Intant MaltaToday ġiet infurmata mill-Kap Eżekuttiv tal-Infrastructure Malta Ivan Falzon li t-triq ikkonċernata hija mdawwra b'numru ta' barrieri u diversi residenti innutaw ċaqliq fit-triq, "Għaldaqstant nemmnu li għandu jsir assessjar urġenti," qal Falzon. 

Filfatt Falzon qal li minħabba l-moviment u l-barrieri, din it-triq iddeterjorat u għaldaqstant ittieħdet id-deċiżjoni li fit-tliet ijiem li ġejjin se jkun hemm monitoraġġ u titranġa la darba jaraw xi ħsara saret. 

More in Kronaka