Ħaddiem ta' 36 sena iweġġa' gravi fil-Qrendi

Huwa weġġa' wara li waqgħu fuqu xi folji tal-ħġieġ

Aktar kmieni illum, għall-ħabta tal-10:30.p.m., il-Pulizija ġiet infurmata li kien seħħ inċident ġewwa garaxx li jinsab fi Sqaq il-Mitħna, il-Qrendi.

Il-Pulizija marret mill-ewwel fuq il-post u minn stħarriġ preliminari li sar irriżulta li raġel ta' 36 sena residenti Ħal Qormi sofra xi ġrieħi wara li waqgħu fuqu xi folji tal-ħġieġ li kienu qed jinġarru. 

Tim mediku assista lir-raġel u ttieħed l-Isptar Mater Dei b'ambulanza. Aktar tard ġie ċċertifikat bi ġrieħi gravi.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin. 

More in Kronaka