Raġel ta' 24 sena isofri ġrieħi serji wara li allegatament intlaqat minn vettura li baqgħet sejra

L-inċident seħħ ilbieraħ fil-limiti ta' Ħaż-Żebbuġ ibieraħ filgħaxija

Illum, għal ħabta tas-6:00a.m., il-Pulizija ġiet infurmata mill-Isptar Mater Dei li kien iddaħħal raġel l-isptar għax weġġa’ f’inċident tat-traffiku fil-limiti ta’ Ħaż-Żebbuġ.

Mill-investigazzjoni li saret irriżulta li lbieraħ, għall-ħabta tas-7:00p.m. ir-raġel, li huwa mill-Kolombjan ta' 24 sena minn Pembroke, kien sofra xi ġrieħi wara li allegatament waqt li kien qed isuq ir-rota intlaqat minn vettura li baqgħet sejra.

Huwa mar fiċ-Ċentru tas-Saħħa tal-Furjana fejn minn hemm ittieħed permezz t’ambulanza lejn l-Isptar Mater Dei u kien iċċertifikat li sofra minn ġrieħi serji.

Il-Maġistrat tal-Għassa Dr Yana Micallef Stafrace ġiet infurmata bil-każ u ħatret inkjesta. L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.  

More in Kronaka