Raġel ta' 67 sena iweġġa' gravi wara li ntlaqat minn mutur f'Ħaż-Żabbar

Dan l-inċident seħħ kmieni dalgħodu fi Triq Villabate

Illum għall-ħabta tat-8:00a.m. il-Pulizija ġiet infurmata li kien għadu kemm seħħ inċident tat-traffiku fi Triq Villabate, Ħaż-Żabbar.

Mill-ewwel investigazzjoni rriżulta li raġel ta' 67 sena minn Ħaż-Żabbar stess weġġa' wara li ntlaqat minn mutur Peugeot Tweet, misjuq minn raġel ta' 36 sena minn Ħaż-Żabbar ukoll. 

L-irġiel ingħataw l-ewwel għajnuna minn tim mediku u wara li r-raġel ta' 67 sena ttieħed l-Isptar Mater Dei huwa ġie ċċertifikat li weġġa' gravi.

Il-Pulizija għaddejja bl-investigazzjonijiet fuq il-każ.

More in Kronaka