Matul il-lejl li għadda l-Awtorità tal-Ippjanar u Transport Malta ineħħu 20 billboard illegali

Filwaqt li sa issa l-PA daret Triq Aldo Moro, Giuseppe Garibali u Diċembru Tlettax, aktar azzjoni se tittieħed fil-jiem li ġejjin

Matul il-lejl li għadda l-Awtorità tal-Ippjanar (PA) neħħiet 20 billboard illegali minn numru ta' toroq ewlenin madwar Malta. B'kollaborazzjoni ma' Transport Malta (TM), l-operazzjoni kienet tinkludi mhux biss it-tneħħija ta' billboards li ma kellhomx permess ta' żvilupp iżda wkoll dawk li naqsu milli jonoraw l-obbligu tagħhom li jġeddu l-liċenzja annwali tagħhom ma' TM. 

L-Awtorità bdiet topera f'żewġ toroq ewlenin li huma Triq Aldo Moro, Triq Guiseppe Garibaldi u Triq Diċembru Tlettax fil-Marsa. 

Uffiċjali mid-Direttorat tal-infurzar fi ħdan l-Awtorità tal-Ippjanar ikkordinaw l-operazzjoni saret tard filgħaxija biex tikkawża l-inqas tfixkil u inkonvenjent lis-sewwieqa. Aktar azzjoni se tittieħed fil-jiem li ġejjin.

L-operazzjoni saret biex ikunu aktar siguri  t-toroq tagħna u tiggarantixxi kundizzjonijiet ġusti għall-operaturi tar-reklamar.  

It-tneħħija ta' dawn il-billboards qed isir a spejjeż ta' min wettaq l-illegalità. 

More in Kronaka