Raġel ta' 25 sena isfori ġrieħi gravi wara inċident bil-mutur

L-inċident seħħ ilbieraħ f'Birkirkara 

Ilbieraħ għall-ħabta tal-11:00p.m., raġel min-Nepal ta' 25 sena ittieħed l-Isptar Mater Dei għax weġġa' f'inċident tat-traffiku fi Triq il-Wied, Birkirkara. 

Mill-ewwel stħarriġ irriżulta li seħħet ħabta bejn Toyota Aygo, misjuqa minn Taljan ta' 35 sena minn San Ġwann u mutur KTM Duke misjuqa mill-vittma.

Ir-raġel ingħata l-għajnuna minn tim mediku, ittieħed l-Isptar b;ambulanza u ġie ċċertifikat li sofra ġrieħi gravi.

L-investigazzjonijiet mill-Pulizija għadhom għaddejjin. 

More in Kronaka