Ħabta bejn żewġ karozzi fiż-Żurrieq tħalli raġel bi ġrieħi gravi

Dwar dan il-każ infetħet inkjesta maġisterjali mmexxija mill-Maġistrat tal-Għassa Marse Ann Farrugia

L-inċident fi Triq Valletta, iż-Żurrieq
L-inċident fi Triq Valletta, iż-Żurrieq

Ilbieraħ, għall-ħabta tat-tlieta u nofs ta’ waranofsinhar il-Pulizija ġiet infurmata li seħħ inċident tat-traffiku fi Triq il-Belt Valletta, Żurrieq.

Il-Pulizija marret minnufih fuq il-post u mill-ewwel stħarriġ li sar, irriżulta li seħħet ħabta bejn BMW 318 misjuqa minn raġel ta’ 19-il sena residenti Ħaż-Żabbar u Toyota Vitz misjuqa minn raġel ta’ 35 sena residenti n-Naxxar.

Raġel ta’ 65 sena residenti Ħal Kirkop kien passiġġier fit-Toyota. Membri mid-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili u tim mediku taw l-assistenza u ż-żewġt irġiel li kienu fit-Toyota ittieħdu l-Isptar Mater Dei b’ambulanza. Aktar tard filgħaxija, ir-raġel ta’ 65 sena ġie ċċertifikat li qiegħed isofri minn ġrieħi serji filwaqt li x-xufier ta’ 35 sena sofra minn ġrieħi gravi. Is-sewwiq tal-BMW ma sofriex ġrieħi.

Dwar dan il-każ infetħet inkjesta maġisterjali mmexxija mill-Maġistrat tal-Għassa Dr Marse Ann Farrugia

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin

More in Kronaka