Ħaddiem jitlef ħajtu wara li waqa' minn fuq saqaf ta' maħżen

Il-każ seħħ dalgħodu, għall-ħabta tad-9:15am, fi Triq Belt il-Ħażna, il-Marsa

Raġel ta' 47 sena, residenti San Ġwann, tilef ħajtu wara li waqa' waqt li kien qed jagħmel xogħol f'maħżen.

Il-każ seħħ dalgħodu, għall-ħabta tad-9:15am, fi Triq Belt il-Ħażna, il-Marsa.

Jidher li r-raġel waqa’ madwar sular u nofs waqt li kien qed jagħmel xi xogħol fuq saqaf ta’ maħżen.

Fuq il-post issejjaħ tim mediku sabiex jassisti lir-raġel iżda huwa ġie ċċertifikat mejjet ftit tal-ħin wara.

Il-Maġistrat tal-Għassa ġiet infurmata u ħatret inkjesta.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin

More in Kronaka