Aġġornata | Jitlef ħajtu l-anzjan li ttajjar dalgħodu fiż-Żejtun

Il-każ seħħ għall-ħabta tad-9:00am, fi Triq Xrob l-Għaġin iż-Żejtun

Anzjan titlef ħajtu wara li ttajjar minn vann dalgħodu.

Il-każ seħħ għall-ħabta tad-9:00am, fi Triq Xrob l-Għaġin iż-Żejtun.

Jidher li l-vann kien misjuq minn anzjan ta’ 62 sena meta tajjar lill-anzjan ta’ 69 sena. Iż-żewġ anzjani huma miż-Żejtun.

L-anzjan li ttajjar iddaħħal Mater Dei u ġie ċċertifikat li sofra minn ġrieħi serji. Madanakollu huwa miet ftit tal-ħin wara.

Il-Maġistrat tal-Għassa qed tmexxi inkjesta.

More in Kronaka