Żagħżugħa tintlaqat minn oġġett tal-ħġieġ wara li ġiet aggredita f'Paceville

Il-każ seħħ għall-ħabta tat-3:30am fl-istabbiliment li jinsab fi Triq San Ġorġ

Żagħżugħa ta' 22 sena qed issofri minn ġrieħi gravi wara li ntlaqtet minn oġġett tal-ħġieġ fi stabbiliment f'San Ġiljan.

Il-każ seħħ għall-ħabta tat-3:30am fl-istabbiliment li jinsab fi Triq San Ġorġ.

Jidher li l-mara, allegatament, ġiet aggredita minn persuna li l-identità tagħha għadha mhux magħrufa, hekk kif ħarbet minn fuq il-post.

It-tfajla, Pollakka, kellha tiddaħħal Mater Dei.

Il-Pulizija għadha qed tinvestiga dan il-każ.

More in Kronaka