Żagħżugħ ta' 22 sena jinsab rikoverat Mater Dei wara inċident tat-traffiku li seħħ ilbieraħ filgħaxija fi Triq l-Imdina, Ħaż-Żebbuġ.
Mill-ewwel stħarriġ jirriżulta li seħħet ħabta bejn karozza misjuqa minn żagħżugħ ta’ 22 sena residenti Ħaż-Żebbuġ u vettura oħra msjuqa minn żagħżugħ ta' 25 sena residenti Ħaż-Żebbuġ ukoll.
Maż-żagħżugħ ta' 22 sena kien hemm żewġ passiġġiera, żagħżugħ ta’ 19-il sena residenti ż-Żurrieq u tfajla ta’ 18-il sena residenti Ħaż-Żebbuġ.
Fuq il-post issejħu l-membri tal-Protezzjoni Ċivili u tim mediku sabiex jassistu, u ambulanza ħadet ir-raġel ta’ 22 sena l-Isptar Mater Dei għall-kura meħtieġa.
Aktar tard, hu ġie ċċertifikat li weġġa’ gravi.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin