Żagħżugħ jittajjar minn xarabank fil-Gżira

Il-każ seħħ fi Triq ix-Xatt

Żagħżugħ qed isofri minn ġrieħi gravi wara li tajjar minn xarabank fi Triq ix-Xatt il-Gżira.

Il-każ seħħ ilbieraħ waranofsinhar.

Ix-xarabank kienet misjuqa minn raġel ta’ 44 sena residenti Santa Venera.

Iż-żagħżugħ, residenti San Pawl il-Baħar, ittieħed Mater Dei u ġie ċċertifikat li weġġa’ gravi.

Il-Pulizija qed tinvestiga l-każ.

More in Kronaka