Ħaddiem jaqa' f'ħofra fl-inħawi tal-Forti Rinella

Ir-raġel qed isofri minn ġrieħi gravi

Ħaddiem weġġa' gravi wara li waqa' ġo ħofra waqt xi xogħlijiet li qed isiru  fl-inħawi tal-Forti Rinella fil-Kalkara.

L-inċident seħħ dalgħodu għall-ħabta tat-tmienja neqsin kwart.

Jidher li r-raġel waqa' għoli ta' madwar sular.

Fuq il-post issejħu l-membri tal-Protezzjoni Ċivili u tim mediku sabiex jassistu, u ambulanza ħadet ir-raġel l-Isptar Mater Dei għall-kura meħtieġa.

Aktar tard hu ġie ċċertifikat li weġġa’ gravi.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija dwar dan l-inċident għadhom għaddejjin

More in Kronaka