Dalgħodu, għall-ħabta tal-10:00.a.m, il-Pulizija ġiet infurmata li kien għadu kemm seħħ inċident ġewwa l-Port Ħieles, f’Birżebbuġa.
Il-Pulizija marret minnufih fuq il-post fejn minn stħarriġ preliminari li sar irriżulta li raġel ta’ 44 sena residenti l-Imqabba, weġġa’ wara li nqabad bejn żewġ kontejners.
Fuq il-post issejjaħ tim mediku u ambulanza ħadet lir-raġel l-Isptar Mater Dei, fejn ġie ċċertifikat li weġġa’ serjament. Membri mid-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili kienu wkoll fuq il-post sabiex jassistu.
Bil-każ ġie infurmat l-Maġistrat tal-Għassa Dr Noel Bartolo LL.D, li ordna li ssir inkjesta u ħatar diversi esperti sabiex jassistuh. L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.