Anzjana tegħreq u tintlemaħ fl-inħawi ta' Buġibba

Il-mara ttellgħet u ngħatat l-ewwel għajnuna minn xi nies u lifeguards imma kienet iċċertifikata mejta fuq il-post

Anzjana ta' 66 sena tilfet ħajjitha waqt li kienet qed tgħum fl-inħawi ta' Triq Dawret il-Gżejjer, Buġibba.

Il-każ seħħ illum għall-ħabta tan-nofsiegħa.

Mill-ewwel informazzjoni, jirriżulta li l-anzjana ntlemħet wiċċha 'l isfel fl-ilma. 

Persuni li kienu fil-viċin u lifeguards tellaw lill-mara mill-baħar u tawha l-ewwel għajnuna sakemm wasal tim mediku.

Il-vittma, li aktar tard irriżultat li hija Ingliża ta’ 66 sena, ġiet iċċertifikata mejta ftit tal-ħin wara fuq il-post.

Il-Maġistrat tal-Għassa Leonard Caruanaġie nfurmat bil-każ u ħatar inkjesta.

Il-Pulizija għaddejja bl-investigazzjonijiet fuq il-każ.

More in Kronaka