Aġġornata | Anzjana fil-periklu tal-mewt wara li waqgħet minn tieqa fir-residenza San Vinċenz de Paul

Il-każ seħħ kmieni dalgħodu, għall-ħabta tas-7.30am

Anzjana ta’ 92 sena, residenti San Vinċenz de Paul, iddaħħlet l-isptar Mater Dei wara li waqqgħet minn tieqa.

Il-każ seħħ kmieni dalgħodu, għall-ħabta tas-7.30am.

Kelliem għall-Pulizija kkonferma mas-sit illum.com.mt kif jidher li l-anzjana waqgħet madwar sular għoli minn tieqa ta’ kamra tal-banju.

Hija ttieħdet Mater Dei u kienet iċċertifikata li sofriet minn ġrieħi serji.

Il-każ seħħ kważi ġimigħa wara li anzjan bl-isem ta’ Karmenu Fino, irnexxielu joħroġ mir-residenza matul il-lejl. 

Sal-lum, dan l-anzjan li jbati mid-dimensja, għadu ma nstabx.

More in Kronaka