Jittella' katavru mill-baħar fil-Qawra; Ma jidhirx li huwa ta' persuni rrappurtati nieqsa

Kienu xi għaddasa li lemħu l-katavru fl-inħawi ta' Fra Ben

Fis-sigħat li għaddew ittella' katavru ta' raġel mill-baħar fl-inħawi ta' Fra Ben fil-Qawra.

Il-Pulizija kkonfermat ma' dan is-sit li r-rapport daħal għall-ħabta tal-10.30am.

Kienu xi għaddasa li lemħu l-katavru f'qiegħ il-baħar.

Il-kelliem għall-Pulizija kkonferma li l-katavru huwa ta' raġel u qal li ma jidhirx li huwa ta' persuni li l-aħħar jiem ġew irrappurtati nieqsa.

Madanakollu, sa issa, l-identità tiegħu għadha mhijiex magħrufa.

Il-Pulizija għadha qed tinvestiga.

More in Kronaka