Raġel iweġġa' gravi wara li waqa' minn gallarija fl-Imsida

Il-każ seħħ għall-ħabta tas-siegħa u kwart ta’ filgħodufi Triq C. De Brocktorff, l-Imsida

Raġel ta' 35 sena, residenti l-Imsida, waqa' għoli ta' madwar sular minn gallarija.

Il-każ seħħ għall-ħabta tas-siegħa u kwart ta’ filgħodufi Triq C. De Brocktorff, l-Imsida.

Ir-raġel, li huwa Eritrean, ittieħed Mater Dei wara li ntalbet l-assistenza anke tal-Protezzjoni Ċivili.

Huwa ġie ċċertifikat li weġġa’ gravi.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.

More in Kronaka