Żagħżugħ aggredit minn persuna li ħarbet minn fuq il-post

Il-każ seħħ fi Triq San Ġorġ, San Ġiljan

Żagħżugħ qed isofri minn ġrieħi gravi wara li ġie aggredit minn persuna mhux magħrufa.

Il-każ seħħ għall-ħabta tas-siegħa u nofs ta’ filgħodu fi Triq San Ġorġ, San Ġiljan.

Il-Pulizija marret fuq il-post u mill-ewwel investigazzjonijiet irriżulta li Franċiż ta’ 26 sena, ġie aggredit minn persuna li ħarab minn fuq il-post qabel waslu l-Pulizija.

Il-vittma ngħata l-għajnuna minn tim mediku, ittieħed l-Isptar Mater Dei b'ambulanza u ġie ċċertifikat li weġġa’ gravi.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.

More in Kronaka