Raġel f'qagħda gravi wara inċident f'Ħal Għaxaq

Raġel ta’ 49 sena residenti Ħaż-Żebbuġ sofra ġrieħi f’idejh waqt li kien qed jagħmel xi xogħol ta’ manutenzjoni fuq trakk

Illum, għall-ħabta tal-11:00 a.m il-Pulizija kienet infurmata li raġel kien weġġa waqt li kien qed jaħdem ġewwa Triq il-Belt Valletta, Ħal Għaxaq.

Mill-ewwel stħarriġ irriżulta li r-raġel ta’ 49 sena residenti Ħaż-Żebbuġ sofra ġrieħi f’idejh waqt li kien qed jagħmel xi xogħol ta’ manutenzjoni fuq trakk.

Ir-raġel kien assistit minn tim mediku, filwaqt li ttieħed l-isptar Mater Dei permezz ta' ambulanza.

Aktar tard ġie ċċertifikat bi ġrieħi gravi. L-investigazzjonijiet mill-Pulizija għadhom għaddejjin.

More in Kronaka