Tliet żgħażagħ spiċċaw l-isptar Mater Dei wara argument bejn grupp ta’ nies li seħħ matul il-lejl li għadda.
Il-Pulizija spjegat li kien għall-ħabta tas-1:00am meta ġiet infurmata li kien hemm bżonn l-għajnuna tagħha fi Triq Mile End, il-Ħamrun.
Meta waslu fuq il-post il-Pulizija ġew infurmati li seħħet ġlieda bejn grupp ta’ nies u li fiha weġġgħu wkoll tlitt irġiel Sirjani li għandhom 24, 29 u 31 sena.
Fuq il-post issejjaħ tim mediku li ħa lill-irġiel Mater Dei.
Ir-raġel ta’ 31 sena ġie ċċertifikat li weġġa’ gravi, filwaqt li l-oħrajn weġġgħu ħafit.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejja.