Sewwieq ta' mutur fil-periklu tal-mewt wara ħabta fiż-Żejtun

Il-każ seħħ ilbieraħ filgħaxija fi Triq il-President Anton Buttiġieġ

Sewwieq ta' mutur jinsab fil-periklu tal-mewt wara inċident tat-traffiku li seħħ fi Triq il-President Anton Buttiġieġ, iż-Żejtun.

Il-każ seħħ ilbieraħ filgħaxija, għall-ħabta tat-tmienja neqsin kwart

Mill-ewwel investigazzjonijiet irriżulta li kien seħħ inċident bejn mutur Honda 600 Hornet, misjuq minn raġel Bulgaru ta’ 38 sena, u Mitsubishi L200, li kienet qed tinstaq minn raġel ta’ 63 sena residenti iż-Żejtun.

Is-sewwieq tal-mutur ingħata l-għajnuna minn tim mediku, ittieħed l-Isptar Mater Dei b’ambulanza u aktar tard, ġie ċċertifikat bi ġrieħi serji.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.

More in Kronaka