Raġel mistenni jitressaq il-Qorti ta' Għawdex akkużat b'omiċidju

Rita Ellul instabet mejta nhar il-Ħadd 26 ta' Frar f'residenza f'Għajnielem

Mara ta' 49 sena, mill-Iklin, instabet mejta f'residenza, fi Triq Dun Franġisk Mizzi, f'Għajnsielem. 

Raġel, mill-Ghana, kien arrestat u mistenni jitressaq quddiem il-Qorti ta' Għawdex akkużat bl-omiċidju.

L-omiċidju ta' Rita Ellul, x'aktarx seħħ nhar il-Ħadd 26 ta' Frar f'nofsinhar.

Malli waslu fuq il-post, Ellul kienet diġà mejta.

More in Kronaka