Ħabta bejn mutur u karozza fi Triq is-Salina Naxxar tħalli raġel l-isptar bi ġrieħi gravi

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin

Dalgħodu kmieni, ftit wara 8:00.a.m, il-Pulizija ġiet infurmata b’inċident tat-traffiku fi Triq is-Salina, in-Naxxar. 

Il-Pulizija marret immedjatament fuq il-post u mill-ewwel investigazzjonijiet irriżulta li seħħ inċident bejn mutur tal-għamla Hyosung misjuq minn raġel ta’ 24 sena residenti San Pawl il-Baħar u Mazda Demio misjuqa minn mara ta’ 32 sena residenti l-Fgura. 

Is-sewwieq tal-mutur ingħata l-għajnuna minn tim mediku, ittieħed l-Isptar Mater Dei b’ambulanza u aktar tard ġie ċċertifikat li qiegħed isofri minn ġrieħi gravi. 

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin. 

More in Kronaka