Raġel isofri ġrieħi gravi wara li jintlaqat minn vettura li telqet minn fuq il-post

Dan kollu seħħ f'Ħal Balzan kmieni dalgħodu 

Kmieni dalgħodu, għall-ħabta tas-6:00.a.m, il-Pulizija ġew infurmati li fi Triq il-Wied, Ħal Balzan, kien hemm raġel ferut u kellu bżonn l-assistenza medika.

Fuq il-post marru l-Pulizija tad-Distrett, fejn mill-ewwel stħarriġ irriżulta li r-raġel sofra xi ġrieħi wara li allegatament intlaqat minn vettura li telqet minn fuq il-post.

Issejħet ambulanza, fejn ir-raġel ingħata l-għajnuna minn tim mediku u wara ttieħed l-isptar Mater Dei fejn ġie ċċertifikat li sofra ġrieħi gravi

L-investigazzjonijiet mill-Pulizija għadhom għaddejjin sabiex tinstab il-vettura li allegatament laqtet lir-raġel, filwaqt li nħatret inkjesta mill-Maġistrat tal-Għassa Dr. Claire Stafrace Zammit LL.D.

 

More in Kronaka