Il-każi l-ġodda jinżlu taħt l-250 filwaqt li jfiqu 266 persuna mill-Covid-19

B'vittma oħra tal-Covid-19, it-total ta' nies li tilfu ħajjithom waqt li kienu pożittivi għall-virus issa huwa ta' 551

Il-każi l-ġodda tal-Covid-19 baqgħu stabbli b'249 każi ġodda, filwaqt li fiequ total ta' 266 persuna biex il-każi attivi komplew neżlin għal total ta' 2,954. 

Sfortunatament mietet persuna oħra li kienet pożittiva bil-Covid-19 - mara ta' 57 sena - biex it-total ta' nies li tilfu ħajjithom waqt li kienu pożittivi għall-virus minn mindu faqqgħet il-pandemija, issa huwa ta' 551. 

Intant sa issa ingħataw b'bollox 331,055 doża tal-booster.

More in Kronaka