Ġlieda fl-Imsida bejn grupp ta' persuni tħalli raġel bi ġrieħi gravi

It-tfittxijiet għall-aggressuri u l-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin

Grupp ta' persuna spiċċaw fi ġlieda waħda matul il-lejl li għadda fix-xatt tal-Imsida.

Il-każi seħħ għall-ħabta tat-3:00am meta l-Pulizija kienet infurmata u marret minnufih fuq il-post.

Waqt il-ġlieda, grupp ta' persuni aggredew Filippin ta' 39 sena. L-aggressuri l-oħra ħarbu minn fuq il-post sakemm waslu l-Pulizija. 

Il-Filippin ingħata l-għajnuna minn tim mediku u ttieħed l-Isptar Mater Dei permezz t’ambulanza. Aktar tard hu ġie ċċertifikat li qed isofri minn ġrieħi gravi.

It-tfittxijiet għall-aggressuri u l-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin

More in Kronaka