Raġel jitlef ħajtu fl-Isptar wara li nstab mixħut fl-art ilbieraħ filgħodu

Il-Pulizija għadha għaddejja bl-istħarriġ dwar dan il-każ

Raġel ta' 54 sena mill-Pietà, li aktar kmieni nstab mixħut fl-art, sfortunatament tilef ħajtu waqt li kien qiegħed jigħata l-għajnuna fl-Isptar mater Dei. 

Skont stqarrija tal-Pulizija, ilbieraħ għall-ħabta tas-sitta u nofs ta' filgħodu l-Pulizija ġiet infurmata li kien hemm bżonn l-assistenza fi Triq Hookham Frere. Jihder li meta l-Pulizija tad-Distrett marru mill-ewwel fuq il-post fejn instab dan ir-raġel quddiem daħla ta' għadd ta' garaxxijiet. 

Kien għalhekk li fuq il-post issejaħ tim mediku fejn l-ambulanza ħadet lill-vittma l-Isptar fejn ġie ċċertifikat li kien qiegħed isofri minn ġrieħi ta' natura serja iżda sfortunatament tilef ħajtu aktar tard. 

Il-Pulizija għadha għaddejja bl-istħarriġ biex tiġi stabbilità d-dinamika tal-każ. 

More in Kronaka