Disa' żgħażagħ ġew arrestati wara li nqabdu fil-fatt mill-Pulizija waqt li kienu qed jagħtu n-nar f’binja abbandunata f’Santa Venera.
Il-każ seħħ ilbieraħ waranofsinhar meta l-Pulizija ġew infurmati li kien hemm xi żgħażagħ li daħlu f’dik li kienet binja ta’ sptar privat u bdew iqabbdu xi kmamar.
L-etajiet ta' dawn iż-żgħażagħ ivarjaw bejn il-15-il sena u l-20 sena, ħerġin mill-binja u ġew miżmuma.
Fuq il-post issejħu l-membri tad-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili li kkontrollaw in-nirien.
Dwar dan il-każ infetħet inkjesta mmexxija li ħatret diversi esperti sabiex jassistuha.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.