Anzjana fil-periklu tal-mewt wara li waqgħet hija u miexja

Il-każ seħħ ilbieraħ waranofsinhar fi Triq il-Ferrovija, Santa Venera

Anzjana ta' 93 sena tinsab fil-periklu tal-mewt wara li waqgħet waqt li kienet miexja.

Il-każ seħħ ilbieraħ waranofsinhar fi Triq il-Ferrovija, Santa Venera.

Skont il-Pulizija, l-anzjana waqgħet waħedha u ngħatat l-ewwel għajnuna fuq il-post.

Meta ddaħħlet Mater Dei hija ġiet iċċertifikata li qed issofri minn ġrieħi serji. 

Dwar dan il-każ infetħet inkjesta Maġisterjali.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin

More in Kronaka