Ritratti | Żagħżugħa titlef ħajjitha wara li ttajret f’Telgħet ix-Xemxija

Hija ttajret minn vettura li wara baqgħet dieħla f'erba' karozzi pparkjati

Żagħżugħa ta' 30 sena tilfet ħajjitha wara li ttajret f’Telgħet ix-Xemxija.

L-inċident seħħ għall-ħabta tat-8:00pm.

Mill-ewwel stħarriġ irriżulta li Tuneżina ta’ 30 sena intlaqtet minn veettura misjuqa minn raġel ta’ 42 sena residenti l-Mellieħa. 

Din il-karozza mbagħad ħabtet f’erba’ vetturi li kienu pparkjati.

Fuq il-post issejjaħ tim mediku u membri mid-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili biex jassistu iżda sfortunatament il-mara kienet iċċertifikata mejta fuq il-post.

Raġel Tuneżin li kien mal-vittma kif ukoll ix-xufier tal-Mercedes ittieħdu permezz t’ambulanza l-Isptar Mater Dei biex jingħataw l-kura meħtieġa. Aktar tard, huma ġew iċċertifikati bi ġrieħi ħfief.

Bil-każ ġiet infurmata l-Maġistrat tal-Għassa li ordnat li ssir inkjesta u ħatret diversi esperti sabiex jassistu.

 

More in Kronaka