Sewwieq ta' mutur iweġġa' gravi wara ħabta ma' vann

Il-każ seħħ ilbieraħ fi Triq il-Marina, l-Imsida

Sewwieq ta' mutur qed isofri minn ġrieħi gravi wara inċident tat-traffiku fi Triq il-Marina, l-Imsida.

Il-każ seħħ ilbieraħ, għall-ħabta tas-7:15pm.

L-inċident seħħ meta seħħet ħabta bejn vann, tat-tip Ford Transit misjuq minn Libjan ta' 41 sena u mutur misjuq minn Libjan ta' 36 sena.

Fuq il-post issejjaħ tim mediku u ambulanza li ħadet lix-xufier tal-mutur l-Isptar Mater Dei sabiex jingħata l-kura meħtieġa.

Aktar tard, hu ġie ċċertifikat li qed isofri minn ġrieħi gravi.

L-investigazzjonijiet mill-Pulizija għadhom għaddejji

More in Kronaka