Jiġġieldu bejniethom b'sikkina u flixkun u jmorru l-għassa mimlija demm

Il-każ seħħ dan il-lejl fil-Marsa

Żewġt irġiel daħlu fl-għassa tal-Ħamrun bi ġrieħi f'wiċċhom wara argument f'residenza li fih intużaw sikkina u anke flixkun tal-ħġieġ.

Il-każ seħħ għall-ħabta tan-12:30am. L-argument seħħ fi Triq il-Marsa.

Wieħed mill-irġiel, li għandu 50 sena, ittieħed iċ-Ċentru tass-Saħħa u rriżulta li kellu ġrieħi ħfief, filwaqt li r-raġel l-ieħor, li l-identità tiegħu għadha mhiex magħrufa, ittieħed l-Isptar Mater Dei b’ambulanza u aktar tard ġie ċċertifikat bi ġrieħi gravi.

L-investigazzjonijiet mill-Pulizija tad-Distrett għadhom għaddejjin.

More in Kronaka