Anzjan fil-periklu tal-mewt wara li ttajjar f'Birkirkara

L-inċident seħħ dalgħodu fi Triq Wignacourt kantuniera ma’ Triq Salvu Psaila

Anzjan jinsab fil-periklu tal-mewt wara li ttajjar minn vettura misjuqa minn żagħżugħ ta' 19-il sena residenti Birkirkara.

L-inċident seħħ dalgħodu għall-ħabta tas-6:45am, fi Triq Wignacourt kantuniera ma’ Triq Salvu Psaila, f’Birkirkara.

L-anzjan li għandu 62 sena ttieħed minnufih Mater Dei fejn ġie ċċertifikat bi ġrieħi serji.

Il-Maġistrat tal-Għassa ġiet infurmata bil-każ u ħatret inkjesta. 

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.

More in Kronaka