F'disa' xhur id-Dwana tikkonfiska 389,900 sigarett tal-kuntrabandu

Fuq dawn is-sigaretti ma kinux imlaħħsa eluf ta' ewro f'taxxi 

Bejn Jannar u Settembru ta’ din is-sena, id-Dwana kkonfiskat 389,900 sigarett tal-kuntrabandu li l-valur tagħhom fis-suq huwa ta’ €11,359.

Fuq dawn is-sigaretti, ma kinux imħallsa €65,430 f’dazju tas-sisa, €14,868 f’VAT u €6,276 f’taxxa tal-importazzjoni.

Apparti minn hekk, ġew ikkonfiskati wkoll 20 kilogramma ta’ sustanza li l-valur fis-suq huwa ta’ €467

It-taxxi fuq dan it-tabakk kienu jlaħħqu s-€676 f’dazju, €295 f’VAT u €272 f’taxxa tal-importazzjoni.

Fl-istess perjodu ġew ikkonfiskati wkoll 78 kilogramma ta’ tabakk u 53,259 stikka tat-tabakk. Dawn huma illegali. 

More in Kronaka