George Degiorgio jingħata €10,000 kumpens fuq ksur tad-drittijiet tal-privatezza

Madankollu, l-ilment tiegħu dwar ksur ta’ dritt għal smigħ ġust u imparzjali ma ġiex aċċettat

George Degiorgio ingħata kumpens ta’ €10,000 taħt ordni tal-Qorti, talli nkisrulu d-drittijiet tal-privatezza, meta ġew interċetattati xi telefonati, mingħajr ma nħareġ il-mandat għal dan, jiġifieri illeglament.

L-imħallef Toni Abela laqa’ l-ilment tiegħu f'an ir-rigward iżda mhux l-ilment tiegħu dwar ksur ta’ dritt għal smigħ ġust u imparzjali.

Skont il-liġi Maltija, is-Servizzi tas-Sigurtà f’Malta (MSS) huma responsabbli għall-ismigħ ta’ konversazzjonijiet fuq it-telefon u dan tista’ tagħmlu biss wara li jinħreġ mandat iffirmat mill-Prim Ministru jew il-Ministru għall-affarjiet interni.

Il-Pulizija kienu ilhom jisimgħu t-telephonati ta’ Degiorgio sa’ tmien xhur qabel ma inqatlet Daphne Caruana Galizia, hekk kif diġà kellhom suspett li kien involut f’reati oħra. Dawn l-interċezzjonijiet wasslu l-pulizija għall-George Degiorgio, Alfred Degiorgio u Vincent muscat, l-allegati qattiela tal-ġurnalista.

L-avukat ta’ Degiorgio, William Cuschieri talab lil Kap tal-MSS, il-kummissarju tal-Pulizija u l-ispettur Keith Arnaud biex jitilgħu jixhdu fil-każ kostituzzjonali fuq il-kwistjoni tal-mandat.

L-Imħallef irrimarka li l-Kap tal-MSS, “ma setax juri l-mandat relatat mal-assassinju ta’ Daphne Caruana Galizia lanqas għax ma kienx hemm mandat ukoll.”

“It-talba mill-kummissarju saret fi Frar tal-2017, tmien xhur wara li seħħ il-qtil.” Il-Qorti, qalet li ma kien hemm ebda evidenza li l-pulizija kellhom suspett li l-qtil seta’ jsir dak iż-żmien. Madankollu, “li kieku inħareġ xi tip ta’ warrant fi Frar tal-2017, dak kien skada. Il-Kap tal-MSS innifsu qal li l-mandat kien iservi sitt xhur biss.”

More in Kronaka