Tifel ta' sitt snin attakkat u migdum minn kelb fil-Park tal-Familja

Il-każ seħħ ilbieraħ bit-tifel jispiċċa jsofri minn ġrieħi gravi

Tifel ta' sitt snin qed isofri minn ġrieħi gravi wara li ġie attakkat u migdum minn kelb.

Il-każ seħħ ilbieraħ għall-ħabta ta-erbgħa neqsin kwart ta’ waranofsinhar fil-Park tal-Familja fi Triq Sant’Antnin, Wied il-Għajn.

It-tifel ittieħed mill-ewwel Mater Dei.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.

More in Kronaka