Raġel fil-periklu tal-mewt wara li waqa' minn gallarija f'Wied il-Għajn

Il-każ seħħ ilbieraħ fi Triq Ġebel Ħanxul

Raġel jinsab fil-periklu tal-mewt wara li waqa' minn gallarija fi Triq Ġebel Ħanxul, Wied il-Għajn.

Il-każ seħħ ilbieraħ, għal xi d-disgħa u kwart ta’ filgħaxija ta' filgħaxija.

Il-Pulizija marret immedjatament fuq il-post u l-ewwel investigazzjonijiet juru li raġel ta’ 59 sena residenti Raħal Ġdid, waqa’ minn għoli ta’ madwar sular.

Il-vittma ingħata l-għajnuna minn tim mediku, ittieħed l-Isptar Mater Dei b’ambulanza u ġie ċċertifikat li sofra ġrieħi serji.

Membri mid-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili kienu wkoll fuq il-post sabiex jassistu.

Il-Maġistrat tal-Għassa Nadine Lia ġiet infurmata bil-każ u ħatret inkjesta.

 L-investigazzjonijiet mill-Pulizija għadhom għaddejjin.

More in Kronaka