Raġel iweġġa' gravi wara li waqa' minn fuq scaffolding f'Ħad-Dingli

Il-każ seħħ fi Triq Dun Xard

Raġel qed isofri minn ġrieħi gravi wara li waqa' minn fuq scaffolding.

Il-każ seħħ ilbieraħ filgħaxija, fis-6:30pm, fi Triq Dun Xard, Ħad-Dingli.

Tim mediku ta l-għajnuna lir-raġel li ttieħed l-Isptar Mater Dei permezz t’ambulanza.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.

More in Kronaka