Itajjar xufier tal-mutur u jibqa' sejjer

Il-każ seħħ dalgħodu fi Triq il-Kbira, Ħal Lija

Raġel ta' 47 sena weġġa' wara li ttajjar minn fuq il-mutur li kien qed isuq fi Triq il-Kbira, Ħal Lija. 

Is-sewwieq li tajru telaq minn fuq il-post. 

Is-sewwieq tal-mutur ittieħed l-Isptar MaterDei permezz t’ambulanza, fejn aktar tard ġie ċċertifikat bi ġrieħi gravi.

Investigazzjonijiet mill-pulizija għadhom għaddejjin fejn għadha għaddejja wkoll it-tfittxija għax-xufier li baqa' sejjer

More in Kronaka