Jidħol fil-karreġġjata opposta u jibqa' dieħel f'ħajt; Anzjan l-isptar

Il-każ seħħ fi Vjal ir-Riħan f'San Ġwann

Anzjan ta' 83, residenti s-Swieqi ddaħħal Mater Dei wara li kien involut f'inċident tat-traffiku.

Jidher li l-anzjan daħal fil-karreġġjat l-ħażina, fi Vjal ir-Riħan f'San Ġwann u baqa' dieħel f'ħajt ta' blokka appartamenti.

Il-każ seħħ għall-ħabta tad-9am.

Il-kundizzjoni tal-anzjan għadha mhux magħrufa.

More in Kronaka