Anzjan ta' 61 sena jinsab fil-periklu tal-mewt wara li waqa' minn għoli fi ġnien fil-Furjana.
Il-każ seħħ ilbieraħ, għall-ħabta tad-9:15pm, meta l-Pulizija rċeviet rapport li fi Triq Sa Maison kien hemm persuna mal-art.
Tim mediku ssejjaħ u ħa lir-raġel Mater Dei fejn ġie ċċertifikat li qed isofri minn ġrieħi serji.
Irriżulta li l-anzjan, residenti r-Rabat waqa' minn għoli, waqt li kien fil-ġnien u spiċċa fit-triq.
Il-Maġistrat tal-Għassa ġiet infurmata bil-każ u ħatret inkjesta.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.