Jaqa' żewġ sulari f'residenza privata u jsofri ġrieħi gravi

Il-każ seħħ għall-ħabta tas-1:30am, fi Triq in-Naxxar, Birkirkara

Kmieni matul il-lejl li għadda, raġel waqa' għoli ta' madwar żewġ sulari f'residenza privata.

Il-każ seħħ għall-ħabta tas-1:30am, fi Triq in-Naxxar, Birkirkara.

Ir-raġel, Sirjan, ingħata l-ewwel għajnuna minn tim mediku fuq il-post qabel ma ttieħdet Mater Dei.

Huwa ġie ċċertifikat li sofra ġrieħi gravi.

More in Kronaka